top of page

Deżerta bl-Irkotta u l-Lumi 🍋

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jun 13, 2024
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 150g gallettini plain imfarrka

  • jelly tal-lumi mdewweb fi 300 ml misħun

  • 3 mgħaref trab tal-custard

  • 3 mgħaref zokor

  • mgħarfa essenza tal-vanilla

  • 300ml ħalib

  • 250g irkotta

  • 150g icing sugar

  • meraq ta’ lumija u l-qoxra maħkuka tagħha

  • ħelu biex iżżejjen

 

📑 Metodu:

  1. Qassam nofs l-ammont indaqs ta’ gallettini mfarrkin fit-tazzi.

  2. Qassam nofs il-jelly mdewweb ftit f’kull tazza biex ixxarrab.

  3. Ħallat il-ħalib, it-trab tal-custard, il-vanilla u z-zokkor flimkien ġo borma fuq nar bagħti u ħawwad sakemm tagħqad.

  4. Qassam din it-taħlita kollha ndaqs fit-tazzi.

  5. Erġa’ iksi kull tazza bil-kumplament tal-gallettini mfarrka u erġa’ xarrab bil-jelly.

  6. Ġo skutella għaffeġ l-irkotta mal-icing sugar u l-meraq tal-lumija.

  7. Qassam din it-taħlita fil-wiċċ tat-tazzi u żejjen bil-qxur tal-lumi u xi ħelu li tixtieq.

  8. Żommhom kesħin.

 

 

Comments


bottom of page