top of page

Dekorazzjoni bl-Istikek tal-Ġelat 🐦

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jun 25, 2024
  • 1 min read


✅ Għandek Bżonn:

  • 8 stikek tal-ġelat

  • kartonċina

  • żebgħa u pinzell

  • riga u lapes

  • kolla

  • imqass

  • dekorazzjonijiet

  • żigarella/spag

 


📑 Istruzzjonijiet:

  1. Iżbogħ l-istikek billi tuża l-pinzell u ż-żebgħa.

  2. Immarka linji bil-lapes fuq l-istikek, bħalma jidru fl-istampa u aqta' bl-imqass.

  3. Waħħal l-istikek bil-kolla fuq il-kartonċina u aqta' li fadallek żejjed mill-kartonċina.

  4. Waħħal 2 stikek fuq nett, sabiex tifforma s-saqaf, u stikka oħra fuq in-naħa ta' taħt.

  5. Żejjen id-dekorazzjonijiet kif tixtieq int. Tista' tuża buttuni, forom tal-injam, kartonċin... Waħħal ukoll żigarella jew spaga sabiex tkun tista ddendilha.




Sors: Sagħtar April 2021

Comments


bottom of page