Chocolate Chip Cookie Bars 🍪
- ghalikukoll
- Aug 22, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
330g dqiq plain
kuċċarina cornflour
kuċċarina baking soda
3/4 kuċċarina melh
180g butir mhux mielaħ, maħlul u fietel
450g zokkor ismar
2 bajd u 1 isfar ta' bajda
2 kuċċarini essenza tal-vanilla
270g dark chocolate chips
120g ġewż imqatta
📑 Metodu:
Saħħan il-forn 180°C.
Idlek dixx kwadru u iksieh bil-baking paper.
Aqta’ l-karta ftit akbar ħalli tkun tista ttellahha minn ġod-dixx kif isir.
Ħawwad flimkien id-dqiq, il-cornflour, il-baking soda u l-melħ.
Fil-mixer ħabbat il-butir u z-zokkor ismar sakemm jitħalltu sew. Żid il-bajd u l-vanilla.
Żid it-taħlita tad-dqiq u ħawwad sakemm tifforma għagina ratba. Żid ic-chocolate chips u l-ġewż.
Ferrex it-taħlita fid-dixx u aħmiha għal madwar 24 minuta.
Ħalliha tibred sew fid-dixx, tellagħha billi taqbadha miż-żejjed tal-karta u qattagħha f’forom kwadri zgħar.
תגובות