Cheesecake tal-Lumi 🍋
- ghalikukoll
- May 8
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
pakkett gallettini imfarrkin
80g butir imdewweb
200ml cream cheese
400ml full fat cream
estratt tal-vanilla
mgħarfa zokkor tal-ġelu (icing sugar)
lemon curd
📑 Metodu:
Ħallat il-gallettini mfarrkin u l-butir f’landa. Bil-qiegħ ta’ mgħarfa, ippressa t-taħlita biex tifforma l-qiegħ u poġġiha fil-friġġ.
Ħaddem il-cream cheese b’hand beater. Wara, żid il-full fat cream, ftit vanilla u mgħarfa icing sugar.
Oħroġ il-landa mill-friġġ u itfa’ it-taħlita tal-krema. Erġa poġġi kollox fil-friġġ għal madwar siegħa.
Wara siegħa, bl-imgħarfa poġġi saff lemon curd u żejjen bi ftit iktar krema.
Erġa poġġi kollox fil-friġġ, u ħalli d-deżerta tiksah għal diversi sigħat.
Comentários