Cheesecake tal-Amaretto 🍰
- ghalikukoll
- Mar 13
- 1 min read

✅ Ingredjenti għall-bażi:
225g gallettini digestive, imfarrkin irqiq
3 imgħaref zokkor
7 imgħaref butir, maħlul
✅ Ingredjenti għall-mili:
680g ġobon artab, temperatura tal-kamra
225g mascarpone
2 mgħaref dqiq
niskata melħ
300g zokkor fin (caster sugar)
3 imgħaref amaretto
kuċċarina essenza tal-vanilla
4 bajdiet kbar, temperatura tal-kamra
gallettini tal-amaretto imfarrkin, biex iżżejjen
📑 Metodu:
Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 190°C.
Fi skutella ħallat flimkien il-gallettini digestive imfarrkin, iz-zokkor u l-butir imdewweb sakemm il-gallettini jixxarrbu kollha bil-butir.
Poġġi t-taħlita f’landa u ifrixha u ppressaha mal-qiegħ u xi 4 ċm għoli mal-ġnub (biex tippressa sew uża tazza bil-qiegħ ċatt imgeżwra fil-cling film).
Aħmi għal 10-12-il minuta sakemm tibda tiskura ftit.
Ħalliha tibred u baxxi t-temperatura tal-forn għal 150°C.
B’ħabbata tal-elettriku ħabbat il-ġobon artab, il-mascarpone, id-dqiq u niskata melħ għal madwar 5 minuti , sakemm ikollok taħlita lixxa.
Żid iz-zokkor fin u kompli ħabbat sakemm jidħol sew.
Żid l-amaretto u l-vanilla u kompli ħabbat għal 30 sekonda sakemm jitħallat kollox.
Żid il-bajd waħda waħda u ħabbat biss sakemm jidħlu fit-taħlita.
Ferra’ t-taħlita fil-qoxra tal-gallettini u llixxa l-wiċċ.
Aħmi għal 55-65 minuta sakhemm in-nofs jibqa’ jidher jiċċaqlaq xħin tmissu u t-truf ikunu ftit minfuħin.
Berred sew u poġġih mgħotti fil-friġġ għal mill-inqas 8 sigħat qabel isservih.
Żejjen il-wiċċ bil-gallettini tal-amaretto u servi.
Addattata mis-sit: https://littlerock.com.mt/food/ricetta-cheesecake-tal-amaretto/
コメント