Blalen taċ-Ċikkulata bil-Ġewż tal-Indi 🥥
- ghalikukoll
- Mar 20
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
400g ħalib magħqud tal-bott
310g ġewż tal-indi (u aktar biex tiksi)
160g gallettini plain
2 kuċċarini u nofs kokotina
📑 Metodu:
Poġġi l-galletini f’food processor u aħdem sakemm jitfarrku sew.
Fi skutella, ħallat il-ġewż tal-indi, il-frak tal-gallettini u l-kokotina sakemm jitħalltu tajjeb.
Żid il-ħalib magħqud u ħawwad tajjeb.
Aqsam it-taħlita f’porzjonijiet ta’ madwar 30g. Uża jdejk u bla ma tagħfas iżżejjed ifforma fi blalen.
Iksi l-blalen bil-ġewż tal-indi u daħħal fi friġġ għal siegħa qabel isservi.
Addattata mis-sit: https://newsbook.com.mt/blalen-tac-cikkulata-bil-coconut/
Comments