Blalen taċ-Ċikkulata bil-Berries 🫐
- ghalikukoll
- Sep 12, 2024
- 1 min read
Updated: Oct 6, 2024

✅ Ingredjenti:
1/4 kikkra żejt tal-ġewż tal-indi organiku
1/2 kikkra kawkaw morr (raw cocoa)
3 imgħaref zokkor tal-ġewż tal-Indi
kuċċarina vanilla (jekk trid)
1/2 kikkra berries imħalltin tal-friża
📑 Metodu:
Poġġi ż-żejt tal-ġewż tal-Indi u z-zokkor ġo kazzola fuq nar bati u ħawwad sakemm kollox jinħall.
Żid il-kawkaw u l-vanilla u ħawwad sew sakemm ma jkunx hemm iktar boċċi fit-taħlita.
Poġġi l-berries, waħda waħda, ġot-taħlita. Uża kuċċarina biex tiksi kull berry sew qabel tpoġġiha fuq tilar biex toqgħod.
Kompli hekk sakemm tiksi l-berries kollha, imbagħad erġa' agħti passata oħra sabiex kull berry jkollha żewġ passati, jew sakemm taħli ċ-ċikkulata kollha.
Comments