Biskuttini tar-Raħal 🍪
- ghalikukoll
- Sep 26, 2024
- 1 min read
Updated: Oct 6, 2024

✅ Ingredjenti:
415g dqiq tip 0
250g icing sugar
150g marġerina, kiesħa u maqtugħa f’kubi
2 kuċċarini żerriegħa sħiħa tal-aniżetta
1/2 kuċċarina trab tal-aniżetta
1/2 kuċċarina trab tal-imsiemer tal-qronfol
1/2 kuċċarina żrieragħ tal-ħlewwa, mixwi u ftit imfarrak
1/2 qoxra maħkuka ta’ lumija medja, larinġa u mandolina
3 isfar tal-bajd
1 kuċċarina ħalib maħlul
1 kuċċarina baking powder
1 kuċċarina vanilla
320g icing sugar
3 kuċċarini ilma
1 kuċċarina cream of tartar
4 qatriet, kulur tal-ikel
📑 Metodu:
Ixwi ż-żerriegħa tal-ħlewwa u għaffiġhom ftit.
Għaqqad l-ingredjenti xotti kollha u l-qxur tal-frott fi skutella, u ħawwad sakemm jingħaqdu sew.
Żid il-marġerina mat-taħlita niexfa u għaqqad b’subgħajk sakemm ikollok taħlita tixbah lil frak tal-ħobż.
Żid l-isfar tal-bajd, il-ħalib maħlul u l-essenza tal-vanilla. Ħawwad sakemm jingħaqdu flimkien u agħfas it-taħlita bil-mod sakemm ikollok għaġina ratba.
Aqta’ l-għaġina f’porzjon ta’ 50g, ifforma bħal ballun u poġġi fuq trej tal-ħami miksi.
Aħmi f’forn imsaħħan minn qabel f’temperatura ta’ 190˚Ċ għal 20 sa 25 minuta jew sakemm isiru kulur dehbi. Ħallihom jibirdu kompletament qabel tagħmel il-ġelu fil-wiċċ.
Għall-ġelu għaqqad l-ingredjenti kollha fi skutella u bl-użu ta’ mixer tal-idejn, ħawwad l-ingredjenti kollha flimkien għal madwar 2 minuti sakemm ikollok taħlita ftit iebsa u lixxa.
Żejjen il-wiċċ bil-ġelu u ħalli l-ġelu jinxef qabel ma sservi.
Commentaires