Il-Beatu Nazju Falzon 🇲🇹
- Jul 1, 2025
- 1 min read

Nazju Falzon twieled fil-Belt Valletta fl-1 ta’ Lulju 1813. Hu ġie mgħammed l-għada li twieled fil-Knisja ta’ San Duminku fl-istess Belt.
Â
Nazju kien tifel intelliġenti, u ta’ 21 sena kien diġà kiseb lawrja ta’ avukat u oħra fit-teoloġija. Minkejja l-umiltà tiegħu, Nazju ma riedx isir saċerdot u ħa biss l-ordnijiet minuri fl-1831.
Â
Huwa kellu fidi profonda u kien iħobb ħafna lil Ä esĂą Ewkaristija, tant li qatt ma kien jitlef il-quddiesa ta’ kuljum. Nazju kien ukoll iĹĽur diversi knejjes ġieli anki fl-istess jum biex jinviĹĽta lil Ä esĂą Sagramentat.
Â
Huwa kien magħruf għall-qalb tajba tiegħu. Spiss kien jgħin lill-foqra billi jagħtihom xi flus bil-moħbi u jgħidilhom biex ma jgħidu lil ħadd. Però, wara mewtu dawn in-nies xandru l-ġenerożita tiegħu ma’ kullimkien. Nazju kien ukoll jgħin fit-tagħlim tad-duttrina mhux biss mat-tfal, imma anki mal-kbar fejn irnexxielu jikkonverti bosta nies.
Â
Huwa kien devot kbir tal-Verġni Marija, u tul ħajtu kollha ħa d-drawwa li jirreċita 15-il posta tar-Rużarju ta’ kuljum.
Â
Huwa miet fl-1 ta’ Lulju tal-1865, propju dakinhar li għalaq 52 sena. Il-Beatu Nazju Falzon ġie bbeatifikat nhar id-9 ta’ Mejju 2001 meta l-Papa Ä wanni Pawlu II ĹĽar lil Malta.
Comments