top of page

Beatu Nazju Falzon 🇲🇹

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jun 15, 2024
  • 1 min read

Updated: Jun 23, 2024

Nazju Falzon twieled fil-Belt Valletta fl-1 ta’ Lulju 1813. Hu ġie mgħammed l-għada li twieled fil-Knisja ta’ San Duminku fl-istess Belt.


Nazju kien tifel intelliġenti, u ta’ 21 sena kien diġà kiseb lawrja ta’ avukat u oħra fit-teoloġija. Minkejja l-umiltà tiegħu, Nazju ma riedx isir saċerdot u ħa biss l-ordnijiet minuri fl-1831.


Huwa kellu fidi profonda u kien iħobb ħafna lil Ġesù fl-Ewkaristija, tant li qatt ma kien jitlef il-quddiesa ta’ kuljum. Nazju kien ukoll iżur diversi knejjes ġieli anki fl-istess jum biex jinviżta lil Ġesù Sagramentat.


Huwa kien ukoll magħruf għall-qalb tajba tiegħu. Spiss kien jgħin lill-foqra billi jagħtihom xi flus bil-moħbi u jgħidilhom biex ma jgħidu lil ħadd. Però, wara mewtu dawn in-nies xandru l-ġenerożita tiegħu ma’ kullimkien. Nazju kien ukoll jgħin fit-tagħlim tad-duttrina mhux biss mat-tfal, imma anki mal-kbar fejn irnexxielu jikkonverti bosta nies.


Huwa kien devot kbir tal-Verġni Marija, u tul ħajtu kollha ħa d-drawwa li jirreċita 15-il posta tar-Rużarju ta’ kuljum.


Huwa miet fl-1 ta’ Lulju tal-1865, propju dakinhar li għalaq 52 sena. Il-Beatu Nazju Falzon ġie bbeatifikat nhar id-9 ta’ Mejju 2001 meta l-Papa Ġwanni Pawlu II żar lil Malta.



Verżjoni Video:





Comments


bottom of page